Education Minister resigns

At a meeting earlier today, Justyne Caruana briefed Prime Minister Robert Abela on her resignation as Minister of Education.
The Prime Minister accepted her resignation.

In a Facebook post she wrotes:

F’laqgħa iktar kmieni llum infurmajt lill-Prim Ministru Robert Abela, bir-riżenja tiegħi minn Ministru għall-Edukazzjoni.
Dħalt fil-politika biex inservi. Qatt ma kont marbuta mas-siġġu tal-poter u għalhekk ħassejt li din l-aħjar deċiżjoni fil-mument għall-Gvern u l-Partit Laburista.
Minkejja dan irrid ngħid li qed nikkontesta r-rapport tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika bid-dritt li ttini l-liġi. Mhux l-inqas il-proċedura li ntużat. Għalhekk permezz tal-avukati tiegħi bdejt proċeduri quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Civili fil-ġurisdizzjoni kostituzzjonali taghha.
Anke’ jekk mhux se nikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss inqis dan il-pass importanti biex niddefendi r-reputazzjoni tiegħi u tal-familja tiegħi. Fuq kollox biex kull istituzzjoni f’pajjiżna taħdem b’rispett lejn il-prinċipji bażiċi tal-ġustizzja.

File photo: Justyne Caruana