Rosianne Cutajar resigns as Parliamentary Secretary

Rosianne Cutajar has resigned her post of Parliamentary Secretary pending an Standards Commission investigation.

It has been alleged that she received thousands of euros for brokering the sale of a property.

Yorgen Fenech is alleged to have been the buyer but the deal fell through and now the owner of the property is said to be chasing Rosianne Cutajar for the return of the brokers fee.

“In recent weeks I have been subject to several unfair attacks, political spins and misleading comments.
I will not go into the merits of how anyone has access to private conversations, despite a clear decree from the Court stating that this is a criminal offense.
I will only comment on how, selectively, a number of messages are being issued without context, dating back to 2019 when I had no executive office. This is to destroy my reputation and harm the Government and the Labour Party.

After much reflection, I decided to offer my resignation as Parliamentary Secretary pending the outcome of the process. In the future, I will be defending my name in the most convincing and honest way.

At a time when it is becoming clear that this is a country where justice and the rule of law reign, I will not allow anyone to use me to try and attack the Labour Government and destroy the good we are bringing to the country. I will not allow any false and malicious allegations to obscure the reforms that we have been working on for so long and that we will carry out for the good of all Maltese and Gozitans.”

Fl-aħħar ġimgħat kont soġġetta għal diversi attakki inġusti, spins politiċi u kummenti qarrieqa.Mhux ħa nidħol fil-mertu ta’ kif hemm min għandu aċċess għal konversazzjonijiet privati, minkejja digriet ċar mill-Qorti li jgħid li dan hu reat kriminali.Se nikkummenta biss fuq kif, b’mod selettiv, qed jinħarġu għadd ta’ messaġġi mingħajr kuntest, li jmorru lura għall-2019 meta ma kelli ebda kariga eżekuttiva. Dan biex mingħalihom ikissru r-reputazzjoni tiegħi u jagħmlu ħsara lill-Gvern u lill-Partit Laburista.Diġà għidt pubblikament, u nerġa’ ntenni: qatt m’għamilt negozju ma’ Yorgen Fenech. Minkejja li kont nafu, l-mument li sar magħruf li hu akkużat bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, jien qtajt kull kuntatt. Inkun ċara: tul is- snin li kont naf lil Yorgen Fenech, qatt ma użajt l-ebda kariga politika tiegħi biex ninfluwenza xi proċess jew deċiżjoni. Qatt ma ntlabt nagħmel dan, u lanqas kieku intlabt, qatt ma nasal li nikser il-patt ta’ fiduċja li għandi magħkom. Fil-karriera politika tiegħi dejjem aġixxejt b’mod integru u korrett.Fuq dan, se nieqaf hawn. Il-bqija, nispjegah bl-iktar mod miftuħ u konkret quddiem il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika. Fil-frattemp, wara ħafna riflessjoni, iddeċidejt li noffri r-riżenja tiegħi minn Segretarju Parlamentari pendenti l-eżitu tal-proċess. F’dan iż-żmien li ġej se nkun qed niddefendi ismi bl-iktar mod konvint u onest. Dan qed nagħmlu b’rispett lejn il-Partit Laburista li ilni nimmilita fih ghal dawn l-ahhar ghaxar snin u għax irrid li l-Gvern ikompli jaħdem f’serenità. F’mument fejn qed jidher kemm dan hu pajjiż fejn tirrenja l-ġustizzja u s-saltna tad-dritt, mhux se nħalli lil min juża lili biex jipprova jattakka lill-Gvern Laburista u jkisser il-ġid li qed inġibu għall-pajjiż. Ma jien se nħalli ebda allegazzjonijiet foloz u malinni jtappnu r-riformi li ilna tant naħdmu għalihom u li se nwettqu għall-ġid tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.Nirringrazzjakom tal-appoġġ li qed tibqgħu tatuni f’dan il-mument.