PN MP’s company owes €270,440 in VAT

National Party MP David Thake’s telecommunications company has an outstanding VAT bill of €270,000 going back a number of years.

According to reports in Maltese media, the money is owed by his company Vanilla Telecomms.

He accepted the outstanding bill in a facebook post:

Wara illi rċevejt numru ta’ mistoqsijiet mingħand il-gazzetta The Times of Malta, dwar hlasijiet ta’ taxxa fuq il-valur miżjud,pagabbli minn kumpannija illi hija tieghi, ħassejt illi għandi nxandar kif inhi is-sitwazzjoni.

Ngħid illi skont kif jirriżulta mill-istampa mehmuża, il-pożizzjoni tiegħi personalment mat-taxxa hija wahda normali u ma għandi xejn x’nagħti bħala t-taxxa tiegħi.
Dwar il-kumpannija Vanilla Telecoms Ltd., ngħid illi id-denunzji tat-taxxa fuq il-valur miżjud dejjem gew ippreżentati f’ waqthom u ma teżisti ebda allegazzjoni jew suspett ta’ evażjoni.

Ġara illi l-Pulizija mexxew b’kawza l-Qorti dwar taxxa ECO. Din il-kawża waqfet hekk kif saru jafu bl-iżball illi sar li kien illi it-taxxa kienet tħallset.
Bħal ma huwa l-kaz ma bosta ditti ohra, Il-kumpannija għandha verament taxxi fuq il-valur miżjud xi tħallas, Xi xhur ilu, rajna illi fuq il-website tad-dipartiment kien hemm xi diskrepanzi u rajna x’ kien meħtieġ li jsir.

Skont id-dipartiment, it-taxxa pagabbli hja ta €270,440, illi minnha €233,515 hija taxxa u l-kumplament huma imgħax jew penalitajiet.
Mill-imsemmija somma ta’ €233,515 is somma ta’ €174,790 hija dovuta filwaqt illi l-bilanċ ġie pospost kif maħsub mill-miżuri dwar COVID-19. Aħna pproponejna skema ta’ hlas illi qiegħed jiġi finalizzat għad illi xi uffiċjali huma neqsin jew b’leave jew minħabba kwarantina.

Nżid ngħid illi is-sistema ta’ COVID tax deferral kienet maħsuba mill-Gvern biex iżomm in-negozju haj u biex in-negozji jżommu l-hħddiema kollha.
Flimkien ma’ għadd kbir ta’ negozji oħra, aħna kellna ukoll nieħdu l-benefiċċju ta’ dik is-sistema.

Ntemm ngħid illi din it-taxxa hija dovuta ghaliex Vanilla hija metikoluża fiż-żamma tal-kotba tan-negozju tagħha.