Miriam Dalli comments on her co-option to Parliament

Miriam Dalli, the newest Member of Malta’s Parliament after she was co-opted today, posted a message on Facebook

F’dawn l-aħħar jiem irċivejt mijiet ta’ messaġġi, minn għandkom, minn għand il-ġurnali u mill-kollegi fi Brussell. Ma kontx f’pożizzjoni li nikkumenta qabel u nirringrazzja lil dawk kollha li fehmu.

Illum tlaqqa’ l-eżekuttiv tal-Partit Laburista u ttieħdet id-deċiżjoni unanima. Għalhekk qed nikkonferma magħkom li se nkun qed nservi fil-Parlament nazzjonali.

Nixtieq nirringrazzjakom tal-fiduċja li dejjem urejtu fijja u li qed tkomplu turu. Bħalma wegħdkom fiż-żewġ elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, nerġa nwegħdkom illum: jien se nibqa’ naħdem għall-aħjar interessi ta’ Malta u Għawdex.

Inħares ‘il quddiem għal din l-esperjenza ‘l ġdida.