Attivitajiet organizzati minn Festivals Malta flimkien mal-Kumitat Festi Nazzjonali, mal-Parlament ta’ Malta u mal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta biex ifakkru s-Sette Giugno 1919
It-Tnejn, 6 ta’ Ġunju 2022
Ċerimonja ta’ tifkira ħdejn il-Monument tas-Sette Giugno 1919 f’Misraħ San Ġorġ, il-Belt Valletta fis-7.00 ta’ filgħaxija. L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jagħmel diskors tal-okkażjoni. Fi tmiem id-diskors, l-Ispeaker, il-Prim Ministru, il-Prim Imħallef, il-Kap tal-Oppożizzjoni, id-Dekan tal-Korp Diplomatiku, is-Sindku tal-Belt Valletta, rappreżentant tal-Familjarji tal-Vittmi tas-Sette Giugno 1919 u organizzazzjonijiet oħra jqiegħdu kuruni f’riġlejn il-Monument tas-Sette Giugno 1919.
It-Tlieta, 7 ta’ Ġunju 2022
Tislima lill-vittmi tas-Sette Giugno 1919 fiċ-Ċimiterju ta’ Sidtna Marija Addolorata, Raħal Ġdid, fid-9.00 ta’ filgħodu. Matul din iċ-ċerimonja, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati u l-President tal-Kumitat Festi Nazzjonali jqiegħdu kuruni tal-fjuri fuq il-qabar tal-vittmi tas-Sette Giugno 1919 – Carmelo Abela, Manuel Attard, Ġużè Bajada u Wenzu Dyer.
Fil-11.00 ta’ filgħodu jsir tqegħid ta’ kuruna mill-President ta’ Malta, akkumpanjat miċ-Chairperson tal-Kumitat Festi Nazzjonali u mis-Sindku tal-Belt Valletta fuq il-monument tas-Sette Giugno, il-Belt Valletta.
Fis- 6.45 ta’ filgħaxija jsir marċ tul Triq ir-Repubblika, Valletta, segwit minn kunċert sinfoniku miż-żewġ baned tal-Belt Valletta, is-Soċjetà Filarmonika Nazjonale La Valette u s-Soċjetà Filarmonika u Banda Ċittadina King’s Own f’Misraħ l-Assedju l-Kbir, il-Belt Valletta.