Chris Fearne will not contest the post of Deputy Leader of the Labour Party next September.
He wrote on social media that following the magistrate decided there was enough evidence to send his case to trail, in the interests of the country, he will not run for Deputy Leader.
Illum ingħalqet il-kumpilazzjoni fil-kawża li jien parti minnha. Fil-konfront tiegħi il-qorti, wara li rat li jien kont membru tal-kabinett waqt is-snin tal-konċessjoni, ma waqatx il-kaz fl-istadju tal-prima facie. Fil-fażi li jmiss jien se nkun nista’ nagħmel id-difiża sħiħa tiegħi. Ċert li l-Qorti se ssib il-verita, jiġifieri l-innoċenza sħiħa tiegħi.
Fl-aħħar ġimgħat – u lil’hinn mill-proċess ġudizzjarju – inkixef frame-up malinn u maħmuġ fuqi li sewa lil min wettqu iktar minn €6 miljun. Frame-up li allegatament sar minn min huwa diġa’ imsemmi f’din il-kawża.
Billi l-proċess ġudizzjarju nifhem li se jtul numru ta’ xhur nerġa’ nagħżel li npoġġi l-interessi tal-pajjiż, u r-rispett lejn il-qorti, qabel kull konsiderazzjoni oħra. Hekk dejjem għamilt u hekk se nkompli nagħmel.
Il-pajjiż ma’ jistax jibqa’ mingħajr Deputat Prim Ministru. Għalhekk biex il-qrati u l-istat ikunu jistgħu jaqdu d-doveri kollha taghħom u mingħajr pressjoni żejda niddikjara dan li ġej:
F’Settembru mhux se nikkandida ruħi għall-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament tal-Partit Laburista. B’hekk min jiġi elett se jkun jista’ jinħatar awtomatikament is-suċċessur tiegħi għall-kariga ta’ Deputat Prim Ministru. Huwa dan l-istess prinċipju fl-interess nazzjonali li kien wassalni biex nirriżenja minn Deputat Prim Ministru u Ministru tal-Gvern, u biex nirtira n-nomina tiegħi għall-ħatra ta’ Kummissarju Ewropew.